Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien diżonest meta allega li l-Gvern Nazzjonalista falla biex jikkonvinċi l-Unjoni Ewropea li Għawdex għandha tiġi rikonoxxuta bħala reġjun.
Fi stqarrija bi tweġiba għad-diskors ta’ Muscat f’Għawdex, il-Partit Nazzjonalista qal li din hi gidba u hu diffiċli temmen li l-Prim Ministru għamel din id-dikjarazzjoni bi żball meta wiehed jikkunsidra li Muscat kien Membru tal-Parlament Ewropew u jaf li l-istatus ta’ Ghawdex bħala reġjun ilu rikonoxxut fit-trattat ta’ sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Il-Partit Nazzjonalista fakkar li l-Gvern preċedenti kiseb 1,128 miljun ewro għas-seba snin li ġejjin u kienet rebħa doppja għal pajjiżna meta wieħed jikkunsidra li l-baġit globali tal-Unjoni Ewropea naqas.
Il-Partit Nazzjonalista qal li l-unika risposta li għandu Joseph Muscat għad-diżappunt tal-poplu Għawdxi hi d-diżonesta’ politika u qed jipprova jitfa’ t-tajn biex jaħbi l-fatt li ħela sena biex japplika għall-fondi tal-Unjoni Ewropea li kiseb il-Gvern tal-Partit Nazzjonalista, inkluż għal Għawdex.
//= $special ?>