Federica taqta’ xewqa kbira taghha
Għalkemm waslet biss pass bogħod milli tirbaħ it-Tazza taċ-Champions tal-program Ti Lascio Una Canzone, il-kantanta żagħżugħa Maltija Federica Falzon, ilbieraħ xorta waħda tista’ tgħid li ħarġet kuntenta mill-aħħar programm tas-seba’ edizzjoni peress li rċeviet stedina biex fit-18 ta’ Lulju li ġej tkanta mat-tenur Malti Joseph Calleja fil-kunċert annwali tiegħu f’Malta. Din hi ħolma li Federica stess stqarret diversi drabi li tixtieq li sseħħ.L-istedina saret personalment lil Federica minn Joseph Calleja nnifsu permezz ta’ messaġġ sorpriża li għamlilha minn Londra waqt il-programm fuq Rai Uno, wara li flimkien ma’ Vincenzo Carni kienet għadha kemm interpretat il-kanzunetta ta’ Lucio Dalla, “Caruso.”
Għal darb’ohra, id-duo liriku rnexxielu jasal sal-final tal-programm bil-preferenza tal-pubbliku fl-aħħar votazzjoni tmur għaż-żagħżugħ Mattia Lever li interpreta kanzunetta ta’ Lucio Battisti “I Giardini di Marzo” . Lever, hu r-rebbieħ tal-edizzjoni tas-sena li għaddiet u hu segwit ħafna fl-Italja. Hu wieħed mill-kontestanti li qed jieħdu sehem ukoll fil-progamm The Voice, edizzjoni tal-Italja u jingħata ħafna voti mill-pubbliku. Għalhekk ma kinitx sorpriża li l-bieraħ kiseb aktar preferenzi fuq id-duo Federica u Vincenzo.Dan ma jnaqqas xejn mill-ħila taż-żewġ protagonisti assoluti u rebbieħa tas-seba’ edizzjoni, ġimgha ilu, li kisbu dejjem l-ogħla tifħir mill-membri tal-ġurija u appoġġ kbir mill-pubbliku.
Aktar kmieni
Il-kantanta żagħżugħa Maltija Federica Falzon flimkien mas-sieħeb tagħha Vincenzo Carmi kisbu t-tieni post fil-finali tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-konkors “Coppa dei Campioni” mxandar fuq l-istazzjon nazzjonali Taljan Rai Uno
Il-Finali kienet waħda missielta bi tmiem eċċitanti bejn żewġ kanzunetti. Dan il-programm ġabar l-aqwa seba’ kantanti tal-edizzjonijiet ta’ Ti Lascio una Canzione.
Min-naħa tagħna nawguraw aktar suċċess lil Federica Falzon fil-karriera tagħha
//= $special ?>