L-Ewroparlamentari Laburisti kollha, ħlief wieħed, naqsu milli wrew id-dħul u l-ħruġ finanzjarju tagħhom matul it-terminu tagħhom. U dan minkejja l-impenn tal-Partit Laburista dwar it-trasparenza qabel l-elezzjoni ta’ Ġunju 2009.
Dan jikkuntrasta ferm mal-eks-ewroparlamentari u ż-żewġ ewroparlamentari Nazzjonalisti preżenti li provdew il-kontijiet awditjati tagħhom.
Kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista kienu wiegħdu aktar trasparenza qabel l-elezzjonijiet ta’ Ġunju 2009 billi ħolqu kodiċi ta’ etika li obbliga lill-ewroparlamentari biex jipprodu dettalji dwar kif nefqu l-ħlasijiet tagħhom waqt li servew it-terminu tagħhom.
F’artiklu pubblikat f’The Sunday Times of Malta, irriżulta li l-uniku ewroparlamentari Laburista li mexa mal-kodiċi tal-etika għal dawn l-aħħar tliet snin kien John Attard Montalto….għalkemm hu ppreżenta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu f’temp ta’ ftit jiem biex jonora t-talbiet ta’ din il-gazzetta.
Attard Montalto ddikjara d-dħul u l-infieq tiegħu skont l-istandards tal-partit iżda d-dikjarazzjonijiet tiegħu ma kinux verifikati mill-awdituri u l-ispejjeż ma ġewx spjegati biċċa biċċa.
//= $special ?>