IR-RENJU UNIT – Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron qed ilesti liġijiet ġodda li bihom f’għajnejn l-awtoritajiet il-passi kontra pedofili jkunu jixtiebħu ħafna lil dawk li jittieħdu kontra t-terroristi.
Dan wara li s-servizzi sigrieti Ingliżi sabu struzzjonijiet moħbija fuq l-Internet min pedofili dwar kif wieħed jista’ jħajjar it-tfal imorru magħhom u kif jidentifikaw min hu vunerabbli u kif jaħbu kollox. Iżda fil-liġi Inġliża ma kien hemm xejn kontra dan.
Iżda Cameron ilbieraħ ħabbar li minn jkteb u jagħmel downloading ta’ struzzjonijiet simili kien se jitqies fuq l-sitess livellt a’ persuna li jniżżel struzzjonijiet biex jibni bomba. Il-Prim Ministru Ingliż qal li hu jrid jagħmel minn kollox biex jipproteġi t-tfal.
Fl-2000, permezz ta’ dik magħrufa bħala t-Terrorism Act, publikazzjonijiet li jagħtu informazzzjoni dwar aġir terroristiku jew bini ta’ bombi kien dikjarat reat kriminali fost l-oħrajn anki għal min jinqabad biss fil-pusses ta’ publikazzjoni simili. Issa se jsir l-istess għal min jinqabad f’pusses ta’ kitba b’referenża għal kif wieħed jista’ jwettaq abbuż sesswali fuq it-tfal u fejn huma l-aħjar postijiet etc.
//= $special ?>

