IR-RENJU UNIT – Sitt skejjel tal-istat mistennija jitpoġġew taħt tmexxija speċjali wara li nkixef li kien hemm pjan minn fundamentalisti Islamiċi biex jieħdu l-kontroll tagħhom.
Is-sitt skejjel huma lokaliżati f’Birmingham fejn fundamentalisti Islamiċi rnexxielhom jinfiltraw it-tmexxija tagħha u bil-mod il-mod bdew diskriminazzjoni ta’ studenti li m’humiex Musulmani kif ukoll ibiddlu għalliema u proċeduri biex isaħħu l-kontroll. Pjan li l-media Ingliża qed tlaqqam “Trojan Horse”, wara l-ġrajja tal-Greċja antika fejn il-Griegi kienu nġannaw id-difenżuri ta’ Troy b’żiemel tal-injam.
Apparti s-sitt skejjel, fejn l-awtoritajiet mistennija jkeċċu t-tmexxija preżenti, hemm disa’ oħra fil-belt fejn ukoll kien qed isir sforz biex il-kontroll tagħhom jaqa’ f’idejn estremisti Islamiċi jew fejn kien hemm il-kapijiet tagħhom li kienu qed iħabbtu wiċċhom ma’ din il-problema.
B’kollox 25 skola fiz-zona ta’ Birmingham tpoġġew taħt investigazzjoni minħabba dan il-kumplott, fejn f’temp ta’ sitt xhur, sitt kapijiet tal-iskola li ma kienux Musulmani kienu sfurżati jitilqu minn posthom, minħabba pressjoni li kienet qed isir fuqhom mill-estremisti Islamiċi.
Fost l-affarijiet, f’dawn l-iskejjel kienet qed isir diskriminazzjoni kontra l-bnit fejn fil-klassijiet dawn kienu qed jitpoġġew fuq wara tal-klassi filwaqt li s-subien ipġoġġu fuq quddiem kif ukoll fis-suġġetti li kienu qed jiġu mgħallma, kienet qed tingħata preferenza lill-ideat fundamentalisti Islamiċi. Fost dawn restrizzjonijiet fil-klassijiet tal-arti u l-kant li jsir apparti li ma kienux qed jiġu mgħallma suġġetti li kienu qed jitqiesu bħala li jmorru kotnra l-ideat fundamentalisti islamiċi. Apparti minnhekk instab li f’skola minnhom, dik ta’ Park View, partitarju tal-al-Qaeda kien mistieden imur ikellem l-istudenti.
//= $special ?>

