Il-Ħadd waranofsinhar tintlgħab l-ELSA Cup; kompetizzjoni tal-futbol mistennija mill-istudenti Universitarji.
Il-kompetizzjoni, organizzata mill-għaqda tal-istudenti tal-liġi ‘ELSA’ hija appuntament li ħafna jkunu qed jistennew.
Għexieren ta’ studenti Universitarji qed jipparteċipaw fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-ELSA Cup. B’kollox qed jipparteċipaw 8 gruppi.
Il-logħob se jsir f’format ta’ gruppi, fejn imbgħad jintlgħabu l-kwarti-finali, is-semi-finali u fl-aħħarnett il-finali.
//= $special ?>

