Il-Bank Banif ikompli jkabbar l-operat tiegħu fl-ekonomija Maltija bil-ftuħ ta’ fergħa ġdida fil-Mosta.
Il-fergħa kienet inawgurata mill-Prim Ministru li tkellem war is-saħħa li għandu s-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta. Il-Prim Ministru qal li Malta toffri opportunitajiet eċċellenti fejn jidħlu s-servizzi finanzjarji u negozji fil-komunità lokali.
Hu kompla li Malta dejjem adottat attitudni konservattiva fil-mod li bih jitħaddmu l-banek u dan kien fattur importanti li wassal biex Malta ħasset ferm inqas l-impatt tal-kriżi finanzjarja minn pajjiżi barranin u Ewropej.
Il-Prim Ministru ħabbar li l-Ministru tal-Finanzi, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-Awtorità dwar il-Kompetittività u l-banek qed janalizzaw kif ir-rati tal-imgħax ikunu jistgħu jkunu aktar kompetittivi. Dan bl-iskop li jkun faċilitat is-self lin-negozji bħala parti mill-istrateġija għal iktar tkabbir ekonomiku.
Filwaqt li ammetta li mhux faċli li jitnaqqsu dawn ir-rati, il-Prim Ministru saħaq li dan il-pass jista’ jseħħ permezz tal-kompetizzjoni speċjalment lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u lil min jeħtieġ servizzi bankarji iktar kompetittivi.
//= $special ?>