Alessandro Del Piero ikkonferma li se jitlaq lil Sydney FC imma jista’ jirritorna fi rwol ieħor.
L-eks captain ta’ Juventus dan l-aħħar kien qed jissemma mal-post vakanti ta’ kowċ mal-klabb fl-A-League wara t-tkeċċija ta’ Frank Farina.
Del Piero li għandu 39 sena u l-klabb qed jippruvaw iżommu r-relazzjoni imma għadu mhux magħruf b’liema mod.
Wara 24 gowl fi 48 logħba, li rawh jispiċċa l-aqwa skorer tal-klabb fiż-żewġ staġuni li għamel fl-Awstralja, Del Piero rringrazzja lill-klabb b’messaġġ fuq il-websajt.
“Awstralja, wasal il-mument li ngħid ‘Arriverderci’. L-avventura tiegħi ma’ Sydney FC se tintemm u anke jekk inħossni ftit dispjaċut, għaliex kelli mumenti sbieħ, għarraft b’din id-deċiżjoni lill-klabb. Fuq talba tal-klabb ninsab lest li nesplora l-opportunitajiet li hemm biex inkompli b’din ir-relazzjoni mal-klabb,” qal Del Piero li se jkun il-captain ta’ formazzjoni tal-All-Stars mill-A-League kontra Juventus f’partita ta’ esibizzjoni f’Awwissu.
//= $special ?>

