Il-Prim Ministru Joseph Muscat ambigwu quddiem mistoqsijiet dwar Sai Mizzi, il-mara tal-Ministru Mizzi li qed taqla’ 13,000 ewro fix-xahar u l-użu ta’ billboards illegali mill-Gvern.
Issa li għaddiet kważi sena minn meta Sai Mizzi nħatret rappreżentant ta’ Malta għall-promozzjoni tal-investiment fl-Asja u pajjiżi oħra, kulħadd qed jistaqsi, u bir-raġun, x’kisbet Malta minn din il-ħatra.
Kontroversja oħra li qed jiffaċċja l-Gvern ta’ Muscat hi dik dwar l-użu illegali ta’ billboards li qabel l-aħħar elezzjoni intużaw mill-Partit Laburista u issa qed jintużaw mill-Gvern għall-kampanja li qed jagħmel minkejja li wħud minnhom huma suġġetti għal azzjoni ta’ infurzar mill-MEPA. Quddiem il-mikrofoni tal-ġurnalisti, il-Prim Ministru jipprova jitfa’ r-responsabbiltà fuq il-kuntrattur.
Quddiem it-tweġibiet vagi tal-Prim Ministru, l-opinjoni pubblika tibqa’ tinsisti li jkollha rendikont li l-Gvern hu obbligat li jagħti fil-kuntest tal-meritokrazija, fl-ewwel każ, u fil-kuntest tal-ħarsien tal-liġi, fit-tieni.
//= $special ?>