L-awtoritajiet Ċiniżi qed ikomplu dejjem aktar irażżnu l-aċċess għall-Internet u issa kien imiss lil serje televiżivi Amerikani li wieħed jista’ jara wkollf uq l-Internet.
L-awtoritajiet ordnaw kumpanniji Ċiniżi fuq l-Internet beix ma jkomplux jittrasmettu erba’ serje televiżivi popolari fosthom The Big Bang Theory u The Good Wife kif ukoll NCIS u The Practice.
L-awtoritajiet ma tawx raġuni lill-kumpanniji għaliex ma jistgħux ixxandru dawn il-programmi.
Siti Ċiniżi spiss jkintalbu jneħħu xi filmat li jkunu qed ixxandru imma s’issa dan kien isir għaliex l-awtoritajiet Ċiniżi jqiesuhom wisq vjolenti jew vulgari jew għaliex tkun qed tinkiser il-liġi tal-copyright.
Osservaturi qalu li raġuni tista’ tkun għaliex l-awtortiajiet Komunisti huma mħassba li dawn is-serje huma popolari wisq u qed inaqqsu l-udjenza mix-xandir tal-Istat li jintuża bħala għodda ewlenija biex jixxandru l-ideat tal-Gvern Ċiniż kemm fl-aħbarijiet kif ukoll f’serje televiżivi.
//= $special ?>

