Futbol Sport

Imut il-kowċ Vujadin Boskov

L-eks internazzjonali tas-Serbja (Jugoslavja) u kowċ, Vujadin Boskov miet fl-eta ta’ 82 sena fl-istess belt li fiha beda l-karriera tiegħu fil-futbol, Novi Sad. Ma kienx magħruf il-kawża tal-mewt tiegħu.

Boskov kien għamel isem bħala plejer mal-klabb ta’ FK Vojvodina qabel mar l-Italja fejn għamel staġun ma’ Sampdoria. Madankollu l-akbar isem għalih innifsu għamlu fl-Italja bħala kowċ mal-klabb tas-Serie A.

Boskov mexxa lil Sampdoria lejn ir-rebħ tal-iscudetto fl-istaġun 1990-91, l-uniku Scudetto li rebħu fl-istorja tagħhom waqt li magħhom rebaħ ukoll darbtejn il-Coppa Italia, darba s-Supercup Taljana u darba t-Tazza tat-Tazzi tal-UEFA fl-istaġun 1989-90.

Boskov mar ukoll ferm viċin li jirbaħ it-titlu Ewropew ma’ Sampdoria meta kienu megħluba minn Barcelona 1-0 fil-final ta’ Wembley fl-1992.

Fost l-unuri l-oħra li rebaħ bħala kowċ kien hemm it-titlu ta’ La Liga ma’ Real Madrid fl-1979-80 fi staġun li fih għamel ukoll id-double bir-rebħ tal-Copa Del Rey.

Boskov kien mexxa wkoll il-klabb Olandiż ta’ ADO Den Haag lejn is-suċċess fl-istaġun 1974-75.