Internazzjonali

Kważi 700 kundannati għall-mewt fl-Eġittu

Imħallef fil-Kajr ikkundanna 683 persuna għall-mewt, fosthom Mohammed Badie, il-kap tal-Fratellanza Musulmana.

Il-grupp kien akkużat fost l-affarijiet ta’ attakk fuq għassa tal-Pulizija f’Minya fl-2013 u li fih pulizija nqatel.

Fl-istess proċess iżda l-Imħallef ħafer lil 492 persuna oħra mill-kundanna tal-mewt u minflok kienu kundannati għal għomorhom il-ħabs. Dawn kienu parti minn grupp ta’ 529 persuna li f’Marzu kienu kundannati għall-mewt.

Iż-żewġ każi qanqlu għadab kbir kemm fl-eġittu kif ukoll fix-xena internazzjonali minħabba l-għaġġla li bihom saru l-proċessi. B’kollox dawn damu ftit siegħat u l-Qorti waqfet lill-avukati tal-akkużati milli jippreżentaw il-każm tagħhom.