Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Futbol Lokali Sport

Simon Busuttil jiltaqa’ mat-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta’ taħt is-17-il sena

Għandkom tkunu onorati li ġejtu magħżula tirrappreżentaw lil Malta. Gawdu din l-esperjenza għax din hi privileġġ għalikom. Min-naħa tagħna, aħna nwegħdukom li nkomplu nagħtukom l-appoġġ tagħna.

Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt żjara li għamel lit-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta’ taħt is-17-il sena. Fit-Training Grounds f’Ta’ Qali, Simon Busuttil kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, mill-Membru Parlamentari Ewropew u kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-kandidat Jonathan Shaw.

Id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ntlaqat mill-President tal-Youth FA Fr Hilary Tagliaferro u d-Direttur Tekniku tal-MFA Robert Gatt. Preżenti mal-plejers Maltin kien hemm ukoll il-Coach tat-Tim, Sergio Soldano.

Min-naħa tiegħu, Fr Hilary Tagliaferro, li hu wkoll wieħed mill-Ambaxxaturi li qed jippromwovu l-Logħob tal-European Under 17 Championship Finals organizzati mill-UEFA, appella lill-plejers biex jemmnu fihom infushom. Hu rringrazzja lil Simon Busuttil u lid-delegazzjoni Nazzjonalista għax minkejja x-xogħol li għandhom, sabu l-ħin biex iżuru lil dawn iż-żgħażagħ Maltin u jinkoraġġuhom.

Fl-aħħar tal-laqgħa, Fr Hilary ippreżenta flokk tat-Tim Nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena u inkwadru b’ritratt tat-Tim komplut. Dawn se jipparteċipaw fit-tournament organizzat mill-UEFA, li se jinżamm f’pajjiżna bejn id-9 u l-21 ta’ Mejju.

ZJARA IL-U 17 TEAM NAZZJONALI SIMON BUSUTTIL 28-04-2014_03