Is-Sindku ta’ Kharkiv fil-Lvant tal-Ukrajna spiċċa mira ta’ attentat fuq ħajtu hekk kif is-sitwazzjoni fil-pajjiż m’hi qed turi ebda ħjiel li se titjieb.
Hennadiy Kernes kien operat għal sagħtejn wara l-attentat iżda minkejja dan xorta baqa’ fil-periklutal-mewt.
Dan hekk kif militanti favur l-għaqda mar-Russja komplew jaħtfu bini tal-Gvern f’idejhom. Ilbieraħ dawn ħatfu l-kontroll ta’ bini f’Kostyantynivka.
Kernes kien partitarju tal-eks President Viktor Yanukovych, li kien qrib ta’ Moska. Hu iżda imbagħad beda jħaddan linja aktar newtrali u favur l-għaqda fil-pajjiż.
Kharkiv kienet ukoll ix-xena l-Ħadd ta’ ġlied qalil bejn partitarji avversarji ta’ teamijiet tal-football li huma favur u kontra r-Russja.
//= $special ?>

