Sharlene Simon minn Toronto fl-2012 kienet qatlet tifel li kien fuq rota u żewġ subien oħra ndarbu u issa qed tfittex għad-danni il-familji tagħhom minħabba l-qata’ li ħadet meta wettqet l-inċident fatali.
Hi qed tifttex il-familji tal-vittmi għal miljun dollaru minħabba dak li l-avukatit agħha qed igħidu hu “emotional trauma.”
Il-familja tat-tifel li nqatel Brandon Majewski, qalu li kienu disgustati u xxukjati mill-pass li ħadet Simon. Omm il-vittma, Venetta, qalet li Simon l-ewwel qatlet lil binha u issa trid tagħmel qliegħ ukoll minn fuqu.
Brian Cameron, l-avukat tal-familja Majewski qal li fil-karriera twila tiegħu qatt ma ra lil ħadd ifittex lil familja ta’ xi ħadd li qatel u żied li kien diffiċli ħafna jispejga lill-familja x’ġara.
Simon qed tgħid li t-tort kien kollu tat-tfal u qed titlob kumpens ta’ 1.3 miljun dollaru minħabba dak li għaddiet minnu.


