Il-Microsoft wissiet li fil-browser Internet Explorer hemm difett li jista’ jwassal biex il-hackers jiksbu aċċess għad-drittijiet ta’ aċċess tal-kompjuter ta’ dak li jkun.
Id-difett qed jeffettwa l-verżjonijiet tal-Internet Explorer mis-6 sal-11 u l-kumpanija qalet li kienet konxja li kienu saru xi attakkati minn xi hackers minħabba dan id-difett.
L-Internet Explorer hu stmat li jintuża aktar minn 50 fil-mija tan-nies li għandhom kompjuter.
Intqal li fil-ġranet li ġejjin mistennija jittieħdu passi mill-Microsoft biex jissewwa dan id-difett. Imma hemm problema għal dawk li jużaw il-Windows XP peress li l-Microsoft ħabbret li waqqfet l-għajnuna għal dan il-programm għaliex issa jitqies bħala wieħed antik.


