Għawdex Knisja

Velja ta’ San Ġorġ fil-175 anniversarju ta’ l-ewwel statwa titulari ta’ Għawdex

Nhar il-Ħadd 27 ta’ April 2014, fit-8.00pm, inżammet Velja Solenni tal-Martirju ta’ San Ġorġ, lejlet il-jum li fih id-Djoċesi ta’ Għawdex fakkret liturġikament lill-Patrun tagħha.

Il-velja ta’ qari, talb, kant u ġesti, bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella, inżammet fi Pjazza Indipendenza fil-Belt Victoria fl-okkażjoni tal-175 anniversarju mill-wasla ta’ l-ewwel statwa titulari ta’ Għawdex.

Ritratt: Joe Attard