It-tim nazzjonali tal-kbar tal-Eight Ball Federation ilbieraħ ġarrab żewġ telfiet identiċi ta’ 15-10 kontra l-Ingilterra u l-Iskozja waqt il-Kampjonati Ewropej li qed isiru f’Bridligton f’Yorkshire.
Il-punti tal-Maltin waslu minn L. Debono, C. Castaldi, M. Zammit u M. Brincat.
Dan tal-aħħar lagħab ukoll it-tieni round fejn rebaħ 5-3 kontra l-Iskoċċiż B. Snaddon.
Illum ikompli l-logħob individwali tal-irġiel waqt li t-tim Malti jmissu jilgħab ukoll kontra l-Irlanda u Wales. Biex javanza mill-fażi tal-gruppi t-tim Malti jrid jirbaħ tnejn mill-aħħar tliet logħbiet li fadallu. Malta bħalissa tinsab fis-sitt post u huma erbgħa t-timijiet li javanzaw minn kull grupp.
It-tim Malti s’issa għandu tliet rebħiet u tliet telfiet wara li rebaħ kontra Ġibilta`, Ċipru u Shetland waqt li tilef ukoll kontra l-Irlanda ta’ Fuq.
//= $special ?>