Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Filmat: Il-GWU Youths konfuża dwar il-privatizzazzjoni ta’ 35% tal-Enemalta

Ħames għaqdiet xellugin, fosthom il-General Workers Union Youths, illum ippreżentaw il-Manifest Xellugi Ewropew għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Dar l-Ewropa, huma stiednu lill-kandidati Maltin jiddikjaraw x’pożizzjoni għandhom dwar il-Manifest biex il-votant ikun jaf x’għandu jistenna minnhom jekk ikunu eletti.

Fost il-punti fil-Manifest hemm li servizzi pubbliċi nazzjonali, bħall-enerġija, it-trasport pubbliku u l-provvista tal-ilma, għandhom jibqgħu f’idejn l-Istat u ma jkunux privatizzati. Fid-dawl ta’ dan, MaltaRightNow.com staqsa lir-rappreżentant tal-GWU Youths Jardel Azzopardi x’inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-privatizzazzjoni ta’ 35% tal-Enemalta mill-Gvern Laburista. Din id-deċiżjoni kienet ġiet imfaħħra mill-GWU. Ir-risposta tar-rappreżentant taż-żgħażagħ tal-GWU għal din id-domanda kienet waħda konfuża (ritratt).

Jekk verament il-GWU Youths taqbel mal-privatizzazzjoni tal-Enemalta, allura qed tmur kontra l-Manifest li ppreżentat hi stess flimkien ma’ erba’ għaqdiet xellugin oħra.