Lokali

Filmat: Muscat għadu ma ndunax l-impatt tal-qgħad f’Malta

F’dik li tista’ tiġi deskritta bħala ammissjoni li l-Prim Ministru Joseph Muscat għadu ma rrealizzax l-impatt li ż-żieda fir-rata tal-qgħad qed tħalli fuq l-ekonomija Maltija, wieħed mill-kummenti ta’ reazzjoni li ta għz-zieda fil-qgħad, kien li suppost, fl-ewwel sena ta’ Gvern Laburista, l-qgħad sploda.

Il-Partit Nazzjonalista ilu ġimghat sħaħ jappella lil Prim Ministru biex jindirizza din il-problema u joħloq ambjent ekonomiku li jiġġenera l-impjiegi. Iżda r-risposta tal-Prim Ministru hija indirizzata lil dawk li għandhom ix-xogħol. U appellallhom biex japprezzaw dak li għandhom. F’dik li tista’ tiġi interpretata bħala theddida għal post tax-xogħol tagħhom.

Kritika ħarxa li qed issir fil-konfront tal-Gvern hija dik tal-wegħda miksura tal-meritokrazija. Mhux Gvern li jħaddem lil Laburisti ġenwini, iżda Gvern li jħaddem biss nies tal-qalba. L-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi ammettiet li teżisti din it-tip ta’ mentalita’.

L-attivita’ politika tal-Partit Laburista kienet indirizzata wkoll miċ-Chairman tal-Bank of Valletta John Cassar White li ddefenda lill-Gvern għad-deċiżjonijiet li ħa fl-ewwel sena tiegħu.