F’dawn il-ħinijiet, il-Pulizija għaddejja bi tfittxija delikata għal mara ta’ 33 sena, li fil-jiem li għaddew kienet rappurtata nieqsa. Informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com tgħid li l-Pulizija ġiet infurmata bil-mara, li kienet f’xarabank fid-direzzjoni lejn Ħad-Dingli. L-intervent tal-Pulizija kien meħtieġ, hekk kif l-informazzjoni li għandna tgħid li din qalet li kellha l-intenzjoni li tagħmel suwiċidju.
Kien għall-ħabta tas-2.15pm x’ħin karozza tal-Pulizija waqqfet xarabank bin-numru tar-rotta 52, li kienet għaddejja minn Triq Ġużé Ellul Mercer f’Ħad-Dingli. Tfittxija li saret minn żewġ membri tal-Korp abbord ix-xarabank irriżultat fin-negattiv. Kien għalhekk li l-Pulizija staqsew lix-xufier x’rotot oħrajn jinsabu fi triqthom lejn Ħad-Dingli. Hu mifhum li l-mara bdiet ir-rotta tagħha miż-żona tal-Ħamrun.
//= $special ?>