Lokali

Raġel mis-Siġġiewi jitlef ħajtu traġikament

Raġel ta’ 51 sena mis-Siġġiewi tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ minn għoli fi Triq Lapsi, is-Siġġiewi ftit tal-ħin ilu.
Minn stħarriġ preliminari li għamlet il-Pulizija, jirriżulta li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni fir-residenza tiegħu stess meta għal xi raġun waqa’. Ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fil-post.
Il-Maġistrat tal-għassa Tonio Micallef Trigona ħatar diversi esperti biex jgħinuh fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin