Mill-anqas 12-il persuna nqatlu u għexieren oħra ndarbu kawża ta’ attakk fuq istituzzjoni edukattiva fiċ-ċentru tal-kapitali Sirjana Damasku. B’kollox kien hemm erba’ splużjonijiet li heżżew iż-żona ta’ Shagour, magħrufa għall-popolazzjoni ta’ Musulmani Shia. Tnejn mill-isplużjonijiet laqtu l-istitut li joffri edukazzjoni teknika.
Dan l-attakk seħħ ġurnata wara li l-President Bashar al-Assad irreġistra biex ikun jista’ jerġa’ jikkontesta għall-Presidenza u b’hekk ma tax każ it-twissijiet li sarulu biex jirriżenja minn President ħalli tintemm il-gwerra ċivili fis-Sirja.
//= $special ?>

