Lokali

Sodisfazzjon għat-tnedija tal-Platform għall-Organizzazzjonijiet dwar id-Drittijiet Umani

Il-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista laqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija tal-Platform għall-Organizzazzjoniet dwar id-Drittijiet Umani, li għadu kemm twaqqaf riċentement.

Fi stqarrija, il-Forum qal li jemmen li dan jista’ jkun żvilupp importanti ħafna f’pajjiżna biex verament ikollna soċjetà inklussiva fejn kull persuna tgawdi d-drittijiet kollha tagħha u jkollha opportunitajiet indaqs li jassigurawlha l-ogħla kwalità ta’ ħajja possibbli.

Dan il-Platform jagħti saħħa akbar lill-vuċi tal-għaqdiet mhux governattivi individwali li jaħdmu f’dan is-settur u joffri possibbiltajiet biex dawn l-għaqdiet jaħdmu aktar flimkien. Il-Forum wiegħed is-sostenn lil dan il-Platform, filwaqt li qal li se jfittex modi biex iż-żewġ entitajiet jaħdmu flimkien ħalli jintlaħqu l-għanijiet komuni tagħhom.