Lokali

Ebda distinzjoni bejn Gvern u Partit

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-parteċipazzjoni taċ-Chairman tal-Bank of Valletta John Cassar White f’attività politika bħala parti mill-kampanja tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Gvern warrab għalkollox id-distinzjoni bejn gvern u partit.

Dan mhuwiex aġir aċċettabbli u pajjiżna bena reputazzjoni tajba fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u dan is-settur jikkontribwixxi b’saħħa kbira għall-ħolqien tal-ġid u x-xogħol f’pajjiżna skont il-Partit Nazzjonalista.

Il-Gvern għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jassigura li s-settur finanzjarju f’pajjiżna jibqa’ ħieles mill-politika partiġġjana, qal il-Partit Nazzjonalista.