Lokali

F’Marzu 2014, jonqos in-numru ta’ ljieli li turisti għaddew f’pajjiżna iżda jiżdied l-infiq

Matul ix-xahar ta’ Marzu li għadda, in-numru ta’ ljieli li turisti għaddew f’pajjiżna naqas marġinalment meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Dan tħabbar permezz ta’ stqarrija mill-Uffiċċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

F’Marzu 2014, Malta rat żieda ta’ 7.3% fit-turisti li żaru pajjiżna meta mqabbel ma’ Marzu 2013. Fil-fatt, f’Marzu li għadda, 97,800 turist żaru pajjiżna, 12,525 minnhom żaru Malta fuq negozju jew kummerċ. Il-maġġoranza tat-turisti ġew minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, ħafna minnhom fl-età ta’ bejn il-45 u l-64 sena.

In-nefqa tat-turisti f’pajjiżna matul Marzu 2014 kienet ta’ 8.7% aktar minn dik tax-xahar ta’ Frar 2014. Meta wieħed jikkunsidra kemm nefqu t-turisti f’Malta fl-ewwel 3 xhur tas-sena 2014, huwa stmat li jammonta għal madwar 177 miljun ewro, żieda ta’ 7.8% fuq l-istess perjodu fl-2013.