Qorti

Il-kumpilazzjoni dwar il-mewt taċ-ċiklist Clifford Micallef trid tkompli

Il-kumpilazzjoni li kienet għaddejja fil-konfront ta’ Anthony Taliana ta’ 22 sena mill-Ħamrun mixli bil-qtil taċ-ċiklist Clifford Micallef, li kellu 45 sena mis-Swieqi trid tkompli f’sentenza mogħtija mill-Imħallef Josep R. Micallef. Taliana kien argumenta li d-drittijiet umani tiegħu kienu mittiefsa meta kien interrogat mill-Puliziija mingħajr il-preżenza ta’ avukat.

Taliana qed jiġi mixli bil-qtil involontarju ta’ Micallef li kien seħħ fis-sajf ta’ ħames snin ilu. Huwa kien mixli wkoll li kien qed isuq taħt l-influwenza tax-xorb, li kien qed isuq karozza mingħajr polza tas-sigurta’ u li sar reċidiv wara li kien diġa kkundannat fuq sewqan perikoluż.
Micallef kien miet mad-daqqa għall-ħabta tal-5.00 a.m. tat-30 ta’ Lulju, 2009 xi 20 metru ‘l bogħod mill-kumpless tal-White Rocks fil-Coast Road li tagħti għal Baħar iċ-Ċagħaq.

Taliana, li llum għandu 22 sena, kien ippreżenta kważa Kostituzzjonali fejn kien argumenta li l-fatt li kien taħt l-eta’ fid-data tal-inċident, meta kellu 17-il sena, ma kellu l-ebda assistenza legali. Huwa għalhekk kien qed jitlob lill-Qorti biex l-istqarrija li kien għamel lill-Pulizija titneħħa mill-proċeduri tal-Qorti. Huwa kien qal ukoll li l-istess għandu japplika għar-rapporti minn tliet esperi tal-Qorti, ibbażat fuq dak li kien qal hu.

L-Imħallef Joseph Azzopardi, iżda qal f’sentenza li ta qal li huwa kompitu tal-Maġistrat li qed isma l-każ li tiddeċiedi l-ammisabbilita’ tal-istqarrija u r-rapporti.

Il-Qorti Kostituzzjonali qalet li hija tħoss li l-akkużat mhuwiex persuna vulnerabbli un mhux minnu li d-drittijiet umani tiegħu kienu mittiefsa. Huwa minnu, li rriżulta li huwa kien arrogant u żgur li ma ħassux intimidate mill-Pulizija nvestigattiva.

Huwa kien qed jiġi mwissi b’mod repetut qabal ma ttieħdet l-istqarrija tal-Pulizija u hija ċara li li l-istqarrija ngħatat b’mod volontarju u mingħajr ebda pressjoni. L-allegazzjoni ta’ Taliana li anke r-rapporti tal-esperti wkoll kisru d-drittijiet tiegħu mhumiex fattwali u li ma nkisru l-ebda drittijiet, qalet il-Qorti.

Indeed, it resulted that he was arrogant and had certainly not felt intimidated by the investigating police officers.

Issa l-każ jista’ jkomplu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Fi smiegħ li kien sar fl-2009, kien ingħad fil-Qorti li Taliana kienu qabeż il-limitu ta’ alkoħol fil-ġisem fil-ħin tal-inċident.