Internazzjonali

Irażżnu attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem

Leyla Yunus, l-aktar attivista magħrufa fl-Azerbaijan li taħdem favur id-drittijiet tal-bniedem, kienet arrestata flimkien mar-raġel tagħha hekk kif ippruvat titlaq mill-pajjiż lejn il-Qatar.
Wara diversi siegħat arrestati, il-koppja nħelset iżda l-passaport tagħhom inżamm mill-Pulizija. Wara l-ħelsien il-Pulizija riedet tmur tagħmel tfitxija fid-dar tagħha imma hi ma ħallithom jekk ma kellhomx ordni mill-qorti, imma minħabba t-tensjoni kollha, ir-raġel tagħha ħassu ħażin u kellu jittieħed l-istpar.

L-arrest tagħha seħħ wara li f’dawn l-aħħar xhur, l-awtoritajiet ippruvaw b’diversi modi jrażżnu l-ħidma ta’ attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll ġurnalisti kritiċit al-Gvern f’Baku.

L-Azerbaijan ilu mmexxi mill-familja Aliyev mill-1993.

Il-ġimgħa li għaddiet Yunis stqarret li kienet qed tistenna li hi wkoll tkun arrestata.
Yunus wara qalet li hi nżammet arrestata għal 11-il siegħa u matul dak iż-żmien kollu tħalliet tmur it-toilet darba u akkumpanjata minn Pulizija raġel.

L-Azerbaijan spiss ikun kritikat fil-media barranija talli jrażżan id-drittijeit tal-bniedem, iwaddab minn jikkritikaħ il-ħabs u jfixkel il-proċes demokratiku.

Ilham Aliyev f’Ottubru kien konfermat għat-tielet darba bħala President. Dan minkejja li ma għamel ebda kampanja elettorali u f’vot li avversarji qalu kien fiħ ħafna tbagħbis.