Qorti

Jammetti li għamel ħsara f’bir storiku biswit il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann

Duncan Fenech, propretarju ta’ post biswit il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann ammetta li waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni biex ibiddel il-post f’ħanut laqat bir storiku. Dan il-każ kellu l-bidu tiegħu fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fejn hemm kien ħareġ li x-xogħol kien sar taħt sorveljanza ta’ Perit.

Fenech, li huwa mill-Mosta ammetta l-każ iżda qal li tiswijiet issa kważi saru kollha fil-bir u mexa mal-ordnijiet mogħtija mill-Qorti. Id-difiża mmexxija mill-Avukat Joe Giglio u l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Michael Mallia qablu ma’ dak li qal Fenech.

L-Avukat Giglio qal li ż-żewġ partijiet ftehmu u dan wara li saru t-tiswijiet kollha u l-klijenti tiegħu qagħad mal-ordnijiet tal-Prim Awla Ċivili u sewwa l-ħsara. Huwa qal li l-piena massima hija ta’ sitt snin ħabs pero din tkun fuq ħsara kbira u ta’ valur storiku, li iżda f’dan il-kaħ kienet biss waħda ta’ 2,500.

L-Avukat Giglio qal li hemm provediment fil-liġi li jgħid lġi meta l-ħsara tkun mhux waħda eċċessiva u fil-minimu u li din tissewwa’, il-multa għandha tirrifletti l-ħsara li tkun saret. Fenech ammetta li huwa wettaq din il-ħsara fid-9 ta’ Awwissu tas-sena 2005 fi Triq il-Merkanti, l-Belt, Valletta.

Huwa ammetta li b’negliġenza u nuqqas ta’ ħila kkaġuna dannu jew qerede propjeta’ kulturali. Is-sentenza qal il-Maġistrat Giovanni Griscti se tingħata fil-15 ta’ Ottubru li ġej.