Lokali

Kaċċatur fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn parti mill-arma tiegħu stess

Kaċċatur ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ntlaqat minn parti tal-arma li kien qed juża’. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.15pm fl-inħawi magħrufa bħala Tal-Marnisi f’Marsaxlokk.

Jirriżulta li r-raġel kien għall-kaċċa meta għal xi raġun l-arma ħadet u hu ntlaqat minn parti tal-arma stess. Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn kaċċatur ieħor li kien fil-qrib sakemm wasal fil-post Tim Mediku mill-Isptar Mater Dei. Il-kaċċatur ittieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza, fejn kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ u nħatru diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.