Lets do It! hi kampanja internazzjonali li tħeġġeġ lill-membri tas-soċjetà biex flimkien inaddfu l-lokalitajiet.
Issa l-kampanja Let’s do It! waslet ukoll Malta u se tkun organizzata tindifa fuq l-art kif ukoll fil-baħar fl-10 u l-11 ta’ Mejju. Il-pjan hu li jitnaddfu 8 siti f’Malta, sit f’Kemmuna, żewġ siti f’Għawdex u 8 siti fil-Baħar.
F’dawn l-istess jiem, l-istess azzjoni se tkun qed issir f’iktar minn 20 pajjiż tal-Mediterran bħala parti mill-Kampanja Let’s Do It!
Diversi entitajiet, Kunsilli Lokali u għaqdiet mhux governattivi taw l-appoġġ tagħhom għal din l-attività.
Il-Moviment Let’s Do It! beda fl-Estonja u llum il-ġurnata dan kiber tant li jinkludi 111-il pajjiż madwar id-dinja.
//= $special ?>