Hu stmat li madwar 800,000 persuna jinsabu lesti biex jaqsmu l-Mediterran mill-Afrika lejn l-Ewropa. Sostna dan, il-Kap tal-Pulizija tal-Fruntieri fl-Italja waqt seduta tal-Kumitat tad-Difiża u l-Affarijiet Barranin tas-Senat Taljan.
Giovanni Pinto wissa’ li s-sitwazzjoni fil-Libja tista’ twassal għal influss qawwi ta’ immigrazzjoni fl-istess livelli tal-2011, meta kienet għaddejja r-Rebbiegha Għarbija. Matul din is-sena, it-Taljani diġà salvaw 25,000 immigrant irregolari, jiġifieri aktar minn nofs l-ammont li waslu fl-2013 kollha.
//= $special ?>