Lokali

Misjuba l-mara li lbieraħ kienet qed issir tfittxija għaliha abbord xarabank f’Ħad-Dingli

Intemmet b’wiċċ il-ġid it-tfittxija għal mara li kienet rappurtata nieqsa u li kien hemm biża’ li kienet se twettaq suwicidju. Dan hekk kif fl-aħħar sigħat, il-mara nstabet qawwija u sħiħa.

Kmieni lbieraħ wara nofsinhar, il-Pulizija bdiet tfittxija delikata għal din il-mara wara li l-Pulizija kienet infurmata li kienet telgħet fuq xarabank fuq ir-rotta lejn Ħad-Dingli.

L-intervent tal-Pulizija kien meħtieġ, hekk kif l-informazzjoni li kellha l-Pulizija kienet tindika li l-mara qalet li kellha l-intenzjoni li tagħmel suwiċidju.