Manuel Abela, ta’ 22 sena miż-Żejtun, ġie mixli quddiem il-Maġistrat Giovanni Griscti li fl-24 ta’ Mejju li għadda seraq ammont ta’ flus kontanti li jaqbeż il-€233 iżda anqas minn €2,333 mill-ħanut Ganza Shopping Centre fiż-Żejtun, għad-dannu ta’ Diane Abela miż-Żejtun stess. Hu kien mixli wkoll li bejn it-23 u l-25 ta’ April li għadda minn garaxx fi Triq l-Armier fiż-Żejtun, fejn ikkommetta serq ta’ diversi oġġetti li l-valur tagħhom jaqbeż il-€233 iżda anqas minn €2,333.
Abela kien mixli wkoll li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqin, li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqin u li fis-26 ta’ April li għadda, fiż-Żejtun stess, hedded li jagħmel reat permezz ta’ apparat ta’ komunikazzjoni elettronika, li ħebb għal missieru Angelo Abela, li jumejn wara ħebb għal oħtu Diane biex jinġurjaha u li kkaġuna feriti ħfief fuqha. Ġie mixli wkoll li fit-28 ta’ Marzu li għadda, ukoll fiż-Żejtun, ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija.
Manuel Abela ma ngħatax il-libertà proviżorja minkejja talba li għamel l-avukat tiegħu Anthony Cutajar. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Johann J. Fenech u Carol Fabri.
//= $special ?>

