Mara ta’ 33 sena minn Santa Venera ġiet mixlija quddiem il-Maġistrat Giovanni Griscti li wettqet frodi ta’ madwar €30,000 għad-dannu ta’ diversi persuni. Sarah Ann Gatt ġiet mixlija li f’April ta’ din is-sena, fix-xhur u fis-snin ta’ qabel hija ngannat li għadda konsiderevoli ta’ persuni billi qaltilhom li kienet se timporta f’Malta minn Sqallija għadd ta’ oġġetti tad-dar, li jinkludu “cookers”, “fridges”, u “appliances” oħra bi prezz ferm ridott.
Ingħad li numru ta’ persuni kienu diġa tawha ammonti ta’ flus bħala kapparra biex hija tibda timpurtalhom l-oġġetti li riedu. L-Ispettur Ian Abdilla qal li l-flus li għandha tagħti huma ftit iżda lil ħafna nies.
Huwa qal li Gatt ikkoperat ħafna mal-Pulizija u fil-fatt wara li ġiet arrestata t-Tlieta filgħaxija fit-8.30 p.m. hija tressqet ftit tas-sigħat wara għax ikkoperat mal-Pulizija.
Mill-akkużi hija ġiet mixlija li ffrodat mal-mitt persuna. L-Ispettur Abdilla qal li l-imputata għamlet dak li għamlet minħabba l-użura li daħlet fiha u li żewġha qal li huwa lest li jara kif il-ħlasijiet se jibdew isiru.
Hija ġiet mixlija wkoll loi saret reċidiva u li wettqet reat fil-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża. Għaliha deher l-Avukat Malcolm Mifsud.
//= $special ?>

