It-telfa ta’ Vittoriosa kontra Naxxar swiet qarsa mhux biss minħabba li fissret relegazzjoni imma wkoll għaliex il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA issospenda ħames plejers tat-tim.
Clive Brincat ingħata sospensjoni ta’ tliet logħbiet filwaqt li Samir Arab, Marcelo Pereira, Luke Vella Critien u Leonardo Torri weħlu logħba kull wieħed.
Edric Sciberras ta’ Naxxar ġie sospiż żewġ logħbiet filwaqt li sħabu Victor Bellia u Terence Scerri weħlu logħba.
Pedro Henrique Dos Santos Calcado ta’ Balzan ġie sospiż tliet partiti wara li tkeċċa kontra Valletta fit-22 ta’April. Paul Fenech ta’ Birkirkara ġie sospiż logħba.
//= $special ?>

