Il-winger Ingliż ta’ Tottenham Andros Townsend se jitlef it-Tazza tad-Dinja minħabba injury serja fl-għaksa. Townsend, li għandu 22 sena sofra din l-injury fi tmiem il-ġimgħa fil-logħba kontra Stoke u mit-testijiet li saru ġie konfermat li dan se jdum madwar 10 ġimgħat barra.
Din bla dubju hi daqqa ta’ ħarta għall-kowċ nazzjonali Ingliż Roy Hodgson li diġa’ se jkollu jgħaddi mingħajr il-winger l-ieħor Theo Walcott ta’ Arsenal. Dan tal-aħħar weġġa’ f’Jannar li għadda f’logħba tal-FA Cup. Hodgson se jsejjaħ skwadra proviżorja għat-Tazza tad-Dinaj fit-12 ta’ Mejju.
//= $special ?>

