Żagħżugħ Libjan ta’ 17-il sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ttajjar minn xarabank. L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-8.30pm, fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema. Iż-żagħżugħ ittajjar mix-xarabank li kienet misjuqa minn raġel ta’ 51 sena minn San Pawl il-Baħar.
Il-vittma ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-għassa, li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>