Il-Partit Nazzjonalista jrid jaħdem għal Malta Aħjar fl-Ewropa – Malta fejn il-valuri Ewropej tad-demokrazija, tal-liberta’ u tad-dinjita’ jibqgħu mħarsa kuntrarju għal dak li qed jiġri llum.
Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta kien qed jindirizza attivita’ li tfakkar l-10 anniversarju mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Attivita’ li kienet indirizzata wkoll miż-żewġ Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u Mario De Marco u mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said.
Ara l-filmat b’siltiet mid-diskors tal-Kap tal-PN Simon Busuttil.
//= $special ?>