Lokali Qorti

Il-ġurati jiddeċiedu: 7-2 li ma kienx fi stat ta’ ġenn meta ffroda

B’seba’ voti kontra tnejn, wara ftit aktar minn tliet siegħat ta’ deliberazzjoni, il-ġurati sabu li Jonathan Baldacchino ta’ 29 sena minn Tas-Sliema li ma kienx fi stat ta’ ġenn meta allegatament iffroda lil Paul Nice.

Wara li ngħata il-verdett, l-Imħallef Michael Mallia ordna biex il-każ tal-allegat frodi fil-konfront ta’ Baldacchino ikompli jinstema’ fil-Qorti tal-Maġistrati.

Il-każ huuwa ta’ Jonathan Baldacchino li qed jinsab akkużat li bejn Lulju u Settembru tal-2012 kkometta frodi fil-konfront ta’ Brittaniku.

L-akkużat qed jikkontendi li wettaq dan ir-reat fil-ħin li kien fi stat ta’ ġenn. Għaldaqstant il-ġurati kellhom jiddikjaraw jekk huwiex minnu li Baldacchino aġixxa taħt stat ta’ ġenn jew le u jekk huwiex mentalment tajjeb biex jgħaddi ġuri akkużat bi frodi.

Baldacchino qed jiġi akkużat li ffroda lil Paul Nice is-somma ta’ €100,000 billi ppretenda li kien konsulent finanzjarju u li offra investiment finanzjarju attraenti fuq flus investiti. Il-każ kien seħħ sentejn ilu bit-talba li s-Slimiż kien fi stat ta’ ġenn meta wettaq ir-reat issir mill-Avukati tiegħu Jason Azzopardi, Kris Busietta u Adrian Camilleri.

Iżda l-ġurati issa kkonkludew li Baldacchini ma kienx fi stat ta’ ġenn u allura il-każ se jkompli jinstema’.