Aġġornata 22:33
Iċ-ċifra miġbura sa’ ftit wara l-10.30 ta’ filgħaxija telgħet għal €276,861 u fadal ftit minuti sakemm il-Maratona Ġbir ta’ Fondi tiġi fi tmiemha.
Fil-ħin li għaddha, żaru l-Maratona l-eks Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista u eks Prim Ministri ta’ Malta Dr. Eddie Fenech Adami u Dr. Lawrence Gonzi, li appellaw li l-pubbliku jipparteċipa f’din il-Maratona.
Kemm Eddie Fenech Adami kif ukoll Lawrence Gonzi kienu strumentali fil-proċess biex Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, u ma naqasx l-entużjażmu tan-nies hekk kif dawn waslu fil-bini tad-Dar Ċentrali.
Aġġornata 18:05
Is-somma miġbura waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi sas-6pm kienet ta’ €48,743. Fil-ħin li ġej mistennija jżuru l-Maratona l-eks Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista u eks Prim Ministri ta’ Malta Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi.
Aġġornata 15:35
Iċ-ċifra sa’ ftit wara t-3.30pm, iċ-ċifra telgħet għal €17,917.
F’kummenti fil-ftuħ tal-maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fisser it-tema tal-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista, bil-kliem “Malta Aħjar” juru l-ispirtu li dan il-partit dejjem ħadden b’risq pajjiżna. Dan jidher biċ-ċar fil-mod kif dan il-partit kien ħadem biex pajjiżna
jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, biex fi kliem Busuttil, Malta tkun tassew pajjiż aħjar.
Chris Said, is-Segretarju Ġenerali tal-partit, fid-diskors tiegħu qal li l-partit qed juża din il-ġurnata biex ikompli jixpruna l-ħidma tiegħu. Hu fakkar kif fl-aħħar 10 snin, b’żewġ rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, sar iktar xogħol mill-membri ewroparlamentari tal-Partit Laburista kollha. Il-maratona tal-lum tistieden lil kulħadd biex iżur id-Dar Ċentrali u jgawdi mill-ispirtu ħaj ta’ dan il-partit.
Tkellem ukoll Alex Perici Calascione, it-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista, li min-naħa tiegħu tenna l-bżonn tal-appoġġ finanzjarju tal-pubbliku biex il-partit ikompli jimpenja ruhu biex jaqdi l-missjoni tiegħu b’risq il-pajjiż.
Fid-diskors tieghu, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-għan tal-partit huwa li jwassal il-messaġġ tiegħu mingħajr infieq żejjed ta’ flus. Biss, l-għajnuna finanzjarja hija imprezzabli biex il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jwettaq ir-responsabbilta’ kbira li għandu bħala partit fl-oppożizzjoni, li joffri kritika kostruttiva biex tassew Malta tkun pajjiż aħjar.
Kummenti simili mill-Vici Kap Mario de Marco, li spjega l-istorja tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewroepa, storja li tmur lura għexieren ta’ snin, saħansitra għaż-żmien ta’ Borg Olivier. Hu fakkar fil-valuri Ewropej, li jikkaraterizzaw lil poplu Malti u lill-Partit Nazzjonalista u appella biex il-pubbliku jagħti s-sehem tiegħu billi jagħti d-donazzjonijiet.
Għal maratona qed jattendu wkoll il-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, li ddeskrivew esperjenzi personali tagħhom kif ukoll l-aspirazzjonijiet li jixtiequ jilħqu jekk ikunu eletti bħala deputati ewroparlamentari Maltin.
Aġġornata 13:08
F’anqas minn siegħa, is-somma miġbura telgħet għal €6,135
09:53: Illum il-Partit Nazzjonalista se jorganizza Maratona Ġbir ta’ Fondi bil-għan li jinġabru fondi għall-Kampanja Elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Il-Maratona li se tixxandar LIVE fuq NET Television, mistennija tibda’ f’nofsinhar.
Apparti permezz tat-telefon, wieħed se jkun jista’ jagħti donazzjoni personalment fid-Dar Ċentrali, fejn se jkun hemm ukoll faċilitajiet bħal bar li ntrama għal din l-attivita’.
Matul il-ġurnata mistenni jkun segwit programm ta’ divertiment. Diversi uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, fosthom il-Kap Simon Busuttil, mistennija jżuru l-maratona minn ħin għal ħin.
[headlines headline=”h3″ ] Għal donazzjonijiet:[/headlines]€15 ċempel fuq 51702008
€25 ċempel fuq 51802011
€50 ċempel fuq 51902050
€6.99 ibgħat SMS fuq 50618928