Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Mejju, l-eks Prim Ministru tal-Lussemburug Jean Claude Juncker se jkun il-mistieden speċjali tal-Partit Nazzjonalista fl-attivitajiet b’rabta mal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Jean Claude Juncker hu l-kandidat tal-Partit Popolari Ewropew għall-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Juncker se jkollu taħdidiet mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u se jindirizza konferenza tal-aħbarijiet konġunta mat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Ġimgħa filgħaxija mistenni jindirizza wkoll l-attivita’ politika tal-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista f’Ħ’Attard.
Ritratt: Il-post ta’ Simon Busuttil fuq il-midja soċjali wara li tħabbar li Juncker huwa l-kandidat tal-PE għal President tal-Kummissjoni Ewropea
//= $special ?>