Aduzoda Zeiad Mohammed ta’ 34 sena mill-Libja u residenti San Pawl il-Baħar ma ngħatax liberta’ proviżorja fuq akkużi li kkaġuna feriti gravi fuq żewġ Libjani oħrajn. Meta sema’ li mhux se jingħata l-liberta’ proviżorja biddel l-atteġġament tiegħu u saħansitra beda joffendi lill-Pulizija.
Huwa ġie mixli li fil-lejl ta’ bejn it-12 u t-13 t’April kkaġuna feriti gravi fuq Amad Mafoud u Ali Mohammad Hassan. Waqt is-seduta l-Libjan kien il-ħin kollu jibki. Huwa wkoll informa lill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera li ma riedx avukat għax qal li hu m’huwa qed jafda lil ħadd.
Qal li hu qatt ma ġġieled ma’ ħadd hu huwa residenti f’Malta għax il-familja tiegħu tibagħtlu l-flus għax tat-tajjeb fejn għandhom ħafna negozji ta’ ħwienet. Aduzoda Zeiad Mohammed allega li wieħed mill-vittmi għandu ġismu mimli b’daqqiet ta’ xfafar li mhux hu għamilhomlu. Il-Qorti ħatret espert biex tara d-daqqiet x’inhuma.
Il-Libjan inżamm arrestat u x’ħin ingħata din l-aħbar ma felaħx aktar u rvilla u beda jgħid li l-Pulizija huma kollha mafja, razzisti u bħala Libjan ma tawhx id-drittijiet tiegħu. Huwa nħareġ barra mill-awla mill-Pulizija.
//= $special ?>

