MOTOGP – Għada jibdew il-provi liberi għall-Grand Prix ta’ Spanja, ir-raba’ wieħed tal-istaġun fejn il-lider u Champion Marc Marquez tal-Honda se jkun qed jittama li f’pajjiżu jikseb ir-raba’ rebħa konsekuttiva. Marquez kellu bidu mill-aqwa dan l-istaġun u rebaħ il-Grand Prix tal-Qatar, tal-Istati Uniti u ġimgħa ilu dak tal-Arġentina.
Fl-aħħar ħarġa tiegħu, is-sewwieq ta’ 21 sena iddomina mill-bidu sal-aħħar u minn kif jidhru l-affarijiet Marquez jibda l-akbar favorit li jirbaħ l-ewwel Grand Prix minn sitta li jmiss fl-Ewropa.
Jisfidaw lil Marquez hemm sieħbu Dani Pedrosa, is-sewwieq li sena ilu rebaħ il-Grand Prix Spanjol u Jorge Lorenzo, tal-Yamaha li kellu bidu diżastruż iżda irkupra ftit fl-aħħar GP tal-Arġentina.
Bħalissa Pedrosa għandu 19-il punt taħt Marquez filwaqt li fit-tielet post fil-klassifika tas-sewwieqa hemm it-Taljan Valentino Rossi b’34 punt taħt Marquez.
Sadanittant il-Bridgestone ħabbru li mhux se jibqgħu l-kumpannija uffiċjali li jipprovdu tyres għall-MotoGP wara l-2015.
Fi stqarrija l-kumpannija :appuniża qalet li wara li laħqet l-objettivi tagħha fil-MotoGP xorta se tibqa’ tagħti l-massimu tagħha sa tmiem l-2015.
//= $special ?>