Qorti

Mixli li ma ddikjarax €23,000

Azkari Ftahi Saleh, Libjan ta’ 57 sena, u li f’pajjiżu jgħix Tripli tressaq il-Qorti akkużat li ma ddikjarax €23,000 hekk kif minn Malta kellu titjira lejn Ruma.

Dwar dan il-każ xehed l-Ispettur Maurice Curmi fejn qal li nhar l-Erbgħa, 30 ta’ April, Saleh qabad titjira Malta għal Ruma u naqqas milli jiddikjara is-sommaq ta €23,000.

Meta kien interrogat il-Libjan qal li kien sejjer Ruma biex jixtri l-irħam għad-dar tiegħu fil-Libja. Huwa qal li kien ġie Malta biex jagħmel żjara lil ħh u wara kien sejjer jixtri l-irħam.Huwa ngħata l-libertà mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €3,000.