Kultura Kummerċ Lokali

Mużewijiet ta’ Heritage Malta miftuħin b’xejn fl-1 ta’ Mejju

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq l-10 anniversarju mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, Heritage Malta, matul il-jum tal-Ħamis qed tiftaħ is-siti kollha tagħha għall-pubbliku, mingħajr ħlas.

Kulmin għandu għal qalbu l-wirt kulturali, kellu għażla vasta minn fejn jagħżel hekk kif Heritage Malta fetħet prattikament is-siti kollha f’Malta u f’Għawdex, għajr l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, minħabba s-sensittivita’ ta’ dan is-sit, u t-tempji ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat.