Malta u Għawdex qed jieħdu pubbliċita’ tajba bil-film ‘Game of Thrones’ li partijiet minnu inħadmu kemm fiż-żona tat-Tieqa tad-Dwejra f’Għawdex u anke’ fl-Imdina.
F’artiklu ippubblikat fuq Mail Online, intitolat ‘The real-life locations for Game Of Thrones: Stunning locations where TV’s smash hit swords and sorcery show is filmed’, il-ġurnalista Jennifer Newton spjegat li postijiet fejn inħadem il-film qed isiru ferm popolari ma’ dawk li qed isegwu s-sensiela popolari televiżiva ‘Game of Thrones’. Fost dawn hemm postijiet l-Irlanda ta’ Fuq, il-Kroazja, il-Marokk, l-Iżlanda u Malta.
Is-sensiela li issa tinsab fir-raba’ staġun tagħha, titratta l-ġlieda għal poter bejn numru ta’ familji fl-art ta’ Westeros.
Fost ir-ritratti ppubblikati mal-artiklu hemm dawk tat-Tieqa tad-Dwejra f’Għawdex kif ukoll ritratt ta’ parti mill-film fl-ewwel sensiela fl-isfond tal-istess post kif ukoll ritratt ta’ parti mill-bieb tal-Imdina.
Hemm ukoll ritratti ta’ Dubrovnik fil-Kroazja u postijiet oħra fl-Irlanda ta’ Fuq, fil-Marokk u fl-Iżlanda.
Is-sensiela kisbet popolarita’ kbira anke’ fost il-Maltin. Issa, ‘Game of Thrones’ jinsab fir-raba’ staġun tiegħu, u kull episodju qed ikun segwit minn aktar minn sitt miljun ruħ mal-ewwel darba li jintwera.
Ir-ritratti ta’ fuq huma l-istess li intwerew fuq is-sit Daily Mail.
L-artiklu sħiħ fuq DailyMail.co.uk:
http://www.dailymail.co.uk/news/article-2617033/The-real-life-locations-Game-Of-Thrones-Stunning-locations-TVs-smash-hit-swords-sorcery-filmed.html
//= $special ?>