DIXXPLINA – Elon Cassar u Nigel Spiteri ta’ Attard u Jurgen Tabone ta’ Xgħajra, se jitilfu d-decider tal-promozzjoni li se jintlagħab għada l-Ħadd fis-7pm fil-grawnd tas-Sirens. Dan wara li ġew sospiżi logħba kull wieħed mill-Kummissjaru tad-Dixxiplina tal-MFA. Id-decider se tiddeċiedi r-raba’ tim promoss għat-Tieni Diviżjoni tal-MFA staġun ieħor. Jekk sa tmiem id-90 minuta ma jkunx hemm rebbieħ jingħata l-ħin barrani u jekk ikun hemm bżonn anke l-penalties.
Intant mill-Ewwel Diviżjoni ġew sospiżi wkoll logħba kull wieħed Daniel Scerri ta’ Lija u Stefan Giglio ta’ }urrieq. Dylan Mercieca (Dingli), Iro Curmi (Fgura), Neil Caruana (Għargħur), Luke Cauchi (Mellieħa) u Richard Galea (St. Patrick) ġew kollha sospiżi logħba mit-Tieni Diviżjoni.
Jacob Camilleri (Kalkara), Christian Tabone u Matthew Muscat (Mġarr), Chris Farrugia (Qrendi), Kristian Galea (Sirens) u Mohammed Senussi ġew sospiżi logħba mit-Tielet Diviżjoni. Klinsmann Grech ta’ Luqa ġie sospiż żewġ partiti filwaqt li John Urry, uffiċjal ta’ Santa Lucia ġie sospiż żewġ partiti.
//= $special ?>

