Is-sewwieq promettenti tal-Yamaha Aleix Espargaro irreġistra l-aħjar ħin waqt il-provi liberi għall-GP ta’ Spanja f’Jerez. Espargaro, li qed isuq f’pajjiżu, għamel ħin ta’ 1.39.357′ fis-sessjoni ta’ fil-għodu filwaqt li fit-tieni sessjoni l-Ispanjol l-ieħor, Marc Marquez tal-Honda, li hu lider u champion, irreġistra l-aħjar ħin imma ma kienx tajjeb daqs Espargaro. Dan tal-aħħar, waqt is-sessjoni ta’ waranofsinhar irreġitra t-tieni l-aħjar ħin. Marquez, għada se jkun qed itellaq fil-100 Grand Prix fil-karriera tiegħu. S’issa Marquez kiseb tliet rebħiet konsekuttivi dan l-istaġun u se jkun qed ifittex li jikseb ir-raba’ rebħa biex ikompli jkabbar id-dominju tiegħu.
//= $special ?>AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES