Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Filmat: “Hu mill-ġdid il-mument tal-prova għas-suldati tal-azzar”. Muscat jieħu lil pajjiżna lura għall-agħar żminijiet tal-Labour

Hekk kif il-poplu Malti qed jiċċelebra l-10 snin mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u l-kisbiet kbar li għamel pajjiżna matul dawn l-10 snin, il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ għażel li jieħu lill-poplu lura għall-agħar żmien tat-tmexxija tal-Partit Laburista.

Meta kien qed jindirizza l-Mass Meeting tal-1 ta’ Mejju f’Bormla, Muscat reġa’ uża l-espressjoni tant użata minn Mintoff “suldati tal-azzar”. Qal li dan hu mill-ġdid il-mument tal-prova għas-suldati tal-azzar.

Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija fisser din il-pożizzjoni ta’ Muscat bħala mod kif Muscat ifakkar lill-poplu Malti fl-agħar żminijiet tal-Partit Laburista u s-suldati tal-azzar.